Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu rebaħ l-elezzjoni fl-Iżrael hekk kif ingħaddu 99 fil-mija tal-voti f'din l-elezzjoni.
Il-partit ta' Netanyahu, Likud, akkwista minn tal-anqas 29 siġġu fil-Parlament f'din l-elezzjoni. Dan f'kuntrast mar-rivali tal-partit ta' Netanyahu, Zionist Union li ħadu 24 siġġu fil-Parlament.
Il-kap tal-oppożizzjoni Iżraeljan ċempel lil Netanyahu sabiex jifraħlu għal din ir-rebħa.
Nhar it-tlieta filgħaxija, Netanyahu kien diġà ħabbar li rebaħ din l-elezzjoni li wera li kien se jifforma gvern ġdid u se jkun qed imexxi għar-raba' terminu.
"Kontra kull xejra f'dawn l-elezzjonijiet, irnexxielna nġibu rebħa kbira għall-Partit Likud, Ġibna rebħa kbira għan-nazzjon u għal-Likud. Ġibna rebħa kbira għan-nies tal-Iżrael," qal Netanyahu fil-kwartieri tal-partit f'Tel Aviv.
"Issa irridu nibnu gvern b'saħħru u stabbli," żied jgħid.
Nethanyahu ta prijorità lis-sigrurtà tal-pajjiż f'din il-kampanja, waqt li qal li hu biss huwa kapaċi jipproteġi lill-Iżrael minn theddid nukleari tal-Iran.