Chris Fearne fid-dar tal-Providenza

Ħaddiema mill-aktar dedikati

Ħaddiema mill-aktar dedikati
Ħaddiema mill-aktar dedikati

Waqt żjara li ghamel is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne fid-dar tal-Providenza, is-Siġġiewi ddeskrieva lill-istaff bħala ħaddiema mill-aktar dedikati, li jaħdmu qatigħ biex titjib il-kwalita tal-ħajja tar-residenti.

Waqt din iż-żjara, is-Segretarju Parlamentari kellu l-opportunita wkoll jiltaqa’ ma’ għadd ta’ residenti f'din id-dar li kienu għaddejjin bl-attivitajiet tagħhom ta' kuljum.

Fearne żar ukoll kmamar speċjalizzati li jinsabu fir-residenza fosthom il-multisensory room, il-gym kif ukoll il-kappella.
 
Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne kellu kliem ta’ tifħir għad-dedikazzjoni kontinwa ta’ Fr Martin Micallef, id-Direttur tar-Residenza.

Waqt din iż-żjara, Fearne,kien akkumpanjat mill-mara tiegħu Astrid.

 

More in Politika