Il-pulizija lbieraħ tard filgħaxija kkonfiskat oġġetti personali ta' Andreas Lubitz, il-ko-pilota li ġarraf intenzjonalment l-ajruplan tal-linja tal-ajru Germanwings, fl-Alpi fi Franza. L-oġġetti ġew ikkonfiskati kemm mill-appartament tiegħu f'Dusseldorf, kif ukoll mid-dar tal-ġenituri tiegħu f'Montabaur - fil-Ġermanja. Il-pulizija kkonfiskat materjal inkluż kaxex u kompjuters miż-żewġ residenzi. Xi wħud mill-oġġetti konfiskati qed jingħad li jagħu ħjiel sinjifikanti ta' x'wassal għal dan kollu.
Il-pulizija qalet li s-sejba mhix nota ta' suwiċidju - hekk kif kien hemm spekulazzjonijiet li Lubitz seta' jbati minn dipressjoni.
S'issa jibqa' misteru dwar x'wassal lill-ko-pilota ta' 28 sena jġarraf l-ajruplan - li wassal biex 149 persuna oħra jitilfgħu ħajjithom.
Intant tkompli l-missjoni sabiex jittellgħu l-iġsma tal-vittmi.