Din l-affermazzjoni saret mill-Prim Ministru taħt it-tinda tan-Nadur waqt li kien qed iwieġeb dak li l-PN allega dwar abbużi f’Għawdex fl-aħħar sentejn minn Chris Said. “Talbuna biex ninvestigaw u qed jinvestigaw dak li sar qabel l-elezzjoni u għadhom jinvestigaw. U jistgħu jinvestigaw kemm iridu għax aħna m’għandniex x’naħbu.” Kien id-diskors tal_Prim Ministru li ntlaqa’ bi standing ovation mill-folla preżenti li ħonqot it-tinda u l-pjazetta tan-Nadur b’ħafna minnhom qagħdu jisimgħu d-diskors taħt l-umbrelel.
Muscat semma l-każ fejn Chris said u Simon Busuttil ammettew li ilhom jafu ħafna dwar l-abbuż fil-ministeru ta’ Għawdex immexxi minn Gvern Nazzjonalista u issa qed jakkużaw lil Partit Laburista li ħarġu din l-aħbar fil-kampanja elettorali tal-Kunsilli Lokali, “Għaliex ma ħarġuhiex qabel huma la kienu jafuha,” qal il-prim ministru, “bħallikieku aħna se nikkmandaw lil gazzetti meta joħorġu storja ta’ abbuż” qal Muscat meta kien qed jirreferi għal każ li ġie mikxuf mill-Malta Today.