Kandidat Laburista jwiegħed li jittratta t-telqa u l-iżdingar f’Kunsill Laburista!

Elezzjoni Kunsilli Lokali f’San Pawl il-Baħar . . .

Il-Kandidat Laburista għall-elezzjonjiet tal-kunsilli lokali Alfred Grima qassam fuljett ta’ propaganda dwar il-kandidatura tiegħu fejn fost oħrajn jispjega l-viżjoni tiegħu għall-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.

Filwaqt li Grima jisħaq li se jippromwovi s-serjetà u l-prosperità permezz ta’ l-onestà u l-integrità, iwiegħed ukoll li se jindirizza l-problemi tal-parkeġġi, li jkun il-vuċi tar-residenti u li se jaħdem biex jitjiebu l-postijiet ta’ rikreazzjoni.

Grima iżda jwiegħed ukoll li se jressaq mozzjoni sabiex tkun ittrattata t-telqa u l-iżdingar madwar il-lokalità, argument li jikkonferma dak li ilha tisħaq fuqu l-oppożizzjoni Nazzjonalista. 

More in Politika