Justyne Caruana żżur djar tal-anzjani u ċentri ta’ persuni b’diżabilità

Awguratilhom il-Festi tal-Għid it-tajba lilhom u lil qrabathom

Justyne Caruana żżur l-anzjani fejn qassmet anke xi figolli
Justyne Caruana żżur l-anzjani fejn qassmet anke xi figolli

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret entitajiet fosthom djar tal-anzjani u ċentri ta’ persuni b’diżabilità kemm f’Malta u kemm f’Għawdex.

Caruana awgurat lil-anzjani u lill-persuni b’diżabilità preżenti il-Festi tal-Għid it-tajba lilhom u lil qrabathom, li whud kienu preżenti f’dawn il-festi. Hija ltaqat ukoll mal-impjegati f’dawn l-entitajiet u qalet kif ix xogħol mal-anzjani u persuni b diżabilità huwa xogħol importanti u delikat ħafna u jeħtieġ ħila u dedikazzjoni kbira.

Semmiet it-taħriġ li diġa sar lill-ħaddiema liema taħriġ huwa wkoll parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej. Hija enfasizzat li kif saru diversi korsijiet dwar id dimensja għall-ħaddiema tad-djar residenzjali, taċ-ċentri għal matul il-jum u ħaddiema oħrajn bħal dawk ta’ Karen Grech u Mater Dei.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li se jiġu wkoll organizzati korsijiet dwar id-dimensja lill-impjegati fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ser isiru wkoll korsijiet għall-familjari u persuni li jindukraw persuni bid-dimensja.Fil-fatt inħareġ materjal t’ informazzjoni għalihom.

 

More in Politika