[Aġġornata] Se nkun il-Prim Ministru ta’ kulħadd – David Cameron

Il-Partit Konservattiv l-akbar partit fir-Renju Unit

Cameron Prim Ministru
Cameron Prim Ministru

Il-Prim Ministru David Cameron qal li se jkun il-prim ministru ta’ kulħadd. Bħalissa Cameron jinsab lura fir-residenza ta 10 Downing Street wara li ftit tal-ħin ilu mar fil-Palazz ta’ Buckingham. Il-Partit tiegħu tal-Konservattivi ġabu 326 siġġu biex b’hekk kisbu maġġoranza għall-ewwel darba sa mill-1992

Ir-rivali Ed Miliband, Nick Clegg u kif ukoll Nigel Farage kollha rriżenjaw wara r-riżultati diżappuntanti li kisbu.

Intat David Cameron diġa qed jgħaqqad il-kabinett tiegħu u l-ewwel ismijiet tal-kabinett il-ġdid mistennija aktar tard matul il-jum.

Aktar Kmieni . . .

David Cameron jinsab biss 4 siġġijiet bogħod milli jikseb maġġoranza u b’hekk ikun jista jifforma gvern wara li lbieraħ saru l-elezzjonijiet fir-Renju Unit.

Kien kmieni dalgħodu li deher biċ-ċar li l-Konservattivi kienu kisbu maġġoranza komda fejn jidħu s-siġġijiet għalkemm ħafna kienu qed jistennew li Cameron se jerġa' jkollu bżonn jissieħeb mal-Liberali Demokratiċi biex jifforma Gvern ta' koalizzjoni.

Aktar kmieni . . .

Il-Partit tal-Konservattivi jidher li ħa jkun l-akbar partit fir-Renju Unit. Dan wara l-elezzjonijiet li saru l-bieraħ, liema riżultati bdew joħorġu lbieraħ stess u llum, il-Ġimgħa.

Jidher min-naħa l-oħra li l-partit Scotland National Party (SNP) qed ixejjen it-tama li l-partit laburista jkollu ċans jifforma gvern. L-SNP fil-fatt jidher li ħadu aktar minn 50% tal-voti fl-Iskozja.

Id-Demokratiċi Liberali jafu jispiċċa saħansitra b'10 MPs biss.

Aktar kmieni...

Il-Mexxej tal-Konservattivi David Cameron hu mistenni li jibqa jmexxi bħala Prim Ministru hekk kif jidher li l-partit tieghu irnexxilu jibqa fuq quddiem fl-elezzjonijiet li saru lbieraħ fir-Renju Unit. 

Cameron kien wiegħed lill-elettorat ingliż li jekk iżomm postu fit-tmexxija tal-pajjiż kien lest jagħmel referendum dwar il-futur tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, liema wegħda issa se jkollu jżomm.

Skont tbasir minn naħa tal-istazzjon BBC, qed ikun imbassar li l-Konservattivi rebħu 316-il siġġu waqt li l-Laburisti ta’ Ed Miliband kisbu 239 siġġu. 

Dawn l-elezzjonijiet irnexxielhom jattiraw għall-votazzjoni kważi 50 miljun ċittadin.

 

 

More in Politika