Id-Deputat Kummissarju tal-Pulzija Ray Zammit se jkun qed imexxi l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali wara li llum irtira bl-età mill-Korp tal-Pulizija.
Zammit kien ilu fis-servizz sa minn Frar tal-1976 fejn serva kemm fit-Taqsima tal-Mobile, fid-Distretti kif ukoll fl-SAG. Kien promoss bħala Supretindent u serva ta’ Deputat Kamandant tal-Akkademja tal-Pulizija. Fl-2009 Ray Zammit kien inħatar bħala Deputat Kummissarju sakemm f’Lulju tas-sena l-oħra nħatar Aġent Kummissarju tal-Pulizija, liema kariga li baqa’ jservi fiha sa Diċembru li għadda meta seħħ l-inċident tal-isptaratura mix-xufier tal-eks Ministru Emmanuel Mallia.