Jitwieldu aktar trabi bl-IVF f’Mater Dei

11 il-tqala minn 27 embrijun

Il-proċess tal-IVF li qed jingħata b’xejn mill-isptar Mater Dei qed ikompli jikseb suċċess hekk kif minn total ta 27 embrijun ħarġu 11 il-tqala. Dan jammonta għal madwar 30% li hu kkunsidrat bħala riżultat tajjeb meta kkumparat ma’ pajjiżi oħra fejn isir l-istess proċess.

Sa tmiem is-sena hu stmat li mal-180 koppja se jkunu gġamlu użu minn dan is-servizz li beda jingħata minn Jannar li għadda. Intant, apparti ż-żewġ ċikli ta’ IVF li sar s’issa, hemm ippjanat ċiklu ieħor għall-aħħar ta’ dan ix-xahar.

 

More in Politika