Bħall-lum 7 snin ilu kienet ġiet fi tmiemha l-elezzjoni fi ħdan il-partit laburista sabiex ikun magħruf il-mexxej ġdid wara r-riżenja ta’ Alfred Sant. It-tellieqa kienet propju bejn Joseph Muscat, li kien għad kellu biss 34 sena u George Abela li kien persuna magħruf sew fil-qasam politiku.
Muscat kien rebaħ din l-elezzjoni waqt li kien qed iservi bħala Membru Parlamentari Ewropew elett f’isem il-partit laburista. L-elezzjoni tiegħu kienet fissret li kellu jservi bħala l-kap tal-opożizzjoni laburista f'leġiżlazzjoni li kienet f’idejn il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi.
Biex jidħol fil-parlament Malti kellu jitbattal siġġu, liema siġġu kien ċediħ Joseph Cuschieri, ħu Manwel Cuschieri.
Joseph Muscat kien ta sfida soda lill-Partit Nazzjonalista u wassal lill-Partit Laburista sabiex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali f’Marzu 2013.