It-traffiku dalgħodu fiż-żona tal-Erba' Mwieżeb kien mexxej ħafna u ftit deher li kien hemm problemi, tant li wieħed seta' jsuq minn mar-rawndebawt u 'l barra mill-lokalita' b'ħeffa kbira. Is-sitwazzjoni jidher li kkalmat hekk kif bosta sewwieqa jidher li qed jgħaddu minn toroq differenti jew qed jagħżlu li jitilqu mix-xogħol f'ħinijiet oħrajn.
M'hemmx dubju li tal-anqas għalissa s-sewwieqa fit-tramuntana ħadu r-ruħ hekk kif għada wkoll mistennija terġa tiftaħ Triq il-Kosta li bħalissa qed isir kollha kjemm hi mill-ġdid fi proġett ta' €53 miljun, li jinvolvi, fost oħrajn it-twessigħ tat-triq għal żewġ lanes fuq kull naħa.