Il-Partit Nazzjonalista kompla bl-attakk tiegħu fuq Reno Bugeja li bħalissa qed imexxi l-Kamra tal-Aħbarijiet tax-Xandir Nazzjonali. Wara li ftit xhur ilu l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi kien fetaħ attakk f'konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali illum l-istess partit reġa attakka u ikkritika l-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS, filwaqt li akkużatha li qed titmexxa minn Kastilja. Il-każ kollu jdur ma' servizz fuq l-aħbarijiet tal-PBS li kien jitratta x-xogħol li għaddej fil-Power Station ta' Delimara bħalissa. Il-PN jirrimarka kif il-PBS prova jiddevja mill-kwistjoni tal-garanzija bankarja permezz ta' dan is-servizz apparti mill-fatt li ħa l-kummenti tal-Ministru Konrad Mizzi u mhux tar-rappreżentant tal-istess qasam mill-oppożizzjoni.
"Dan huwa kompletament kontra l-prinċipju ta’ bilanċ li suppost jimxi fuqu l-istazzjon nazzjonali. L-istazzjon nazzjonali spiċċa pupazz tal-Gvern Laburista, b’direzzjoni ċara u l-aġenda mmexxija minn Kastilja."