Għal Simon Busuttil dak kollu li għamel il-PL fil-gvern hu bluff - PL

Il-Partit laburista jwieġeb l-sitqarrija tal-PN b'mod sarkastiku

Stqarrija mill-Partit Laburista

Għal Simon Busuttil, ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma huwa bluff.

Stqarrija tal_Partit Laburista wieġbet dak li qalet l-istqarrija tal-PN b'mod sarkastiku. L-istqarrija tgħid hekk:

Għal Simon Busuttil, ir-roħs u l-istabilità fil-prezz tal-fuel huwa bluff.

Għal Simon Busuttil, iċ-childcare b’xejn huwa bluff.

Għal Simon Busuttil, it-tnaqqis fl-income tax huwa bluff.

Għal Simon Busuttil, l-għajnuna lill-first time buyers hija bluff.

Għal Simon Busuttil, iż-żieda fil-pensjonijiet hija bluff.

Għal Simon Busuttil, iż-żieda fix-xogħol u fit-tkabbir ekonomiku huwa bluff.

Għal Simon Busuttil, it-tnaqqis fid-defiċit u dejn huwa bluff.

Għal Simon Busuttil, il-ġlieda kontra l-abbuzi mill-benefiċċji hija bluff.

Għal familji u n-negozji Maltin u Għawdxin li qed igawdu minn dan kollu, din hija s-sustanza li qed joffri l-Prim Ministru, Joseph Muscat.

More in Politika