Toni Bezzina f'Transport Malta ... €25,000 paga + €4,700 f'allowance

....Joe Mizzi jgħid kemm jaqla' Toni Bezzina bħala Senior Architect ta' TM

Id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi
Id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi

Minkejja l-kritika ma' taqta xejn tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina fil-konfront tad-deċiżjonijiet meħudin minn Transport Malta u mill-Ministru Joe Mizzi, d-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Biedja u s-Sajd Toni Bezzina għadu jaħdem bħala Senior Architect mal-istess Awtorita'. B'kollox id-Deputat Nazzjonalista qed jirċievi paga ta' €25,000 fis-sena kif ukoll allowances li jlaħħqu madwar €4,651. 

Din l-informazzjoni ingħatat mill-Ministru Joe Mizzi fil-Parlament ilbieraħ filgħaxijagħall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Silvio Schembri. 

More in Politika