Meta kien qed jitkellem fil-Parlament Malti Shultz spjega bħala "tal-mistħija" l-ammont ta' nies li kienu assorbiti minn pajjiiż fl-Unjoni Ewropea fil-programm ta' tqassim ġust ta' persuni li qed ifittxu kenn, lilhinn minn pajjiżhom. Huwa tkellem dwar l-importanza "li jkollna politika ċara, li jkollna immigrazzjoni legali u programmi ta' ripatrijazzjoni għal dawk li ma jingħatawx dritt tal-ażil. "L-istrateġija tagħna m'għandhiex tiġġieled l-immigrant imma lill-kawża tal-immigrazzjoni", qal Shulz.
Sena u nofs ilu qal Shulz, "meta ġejt Malta u rajt il-kobor taż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ, meta rajt b'għanjnejja is-sitwazzjoni f'Malta, tlabt tqassim ġust tal-immigranti. Imma sena u nofs għadna wara ma tgħallimniex" qal Shulz f'referenza għan-numri baxxi ħafna ta' nies li pajjiżi aċċettaw li jieħdu fi ħdanhom f'dak li kellu jkun programm simili għall-idea ta' burden sharing. Huwa esprima l-biża' tiegħu li jista jkun hemm qasma bejn il-punent u lvant tal-Ewropa fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.
Shulz temm jgħid li jekk jinqasmu miljun ruħ fost 500 miljun "m'għandhiex tkun problema".