Minn mistoqsija Parlamentari magħmula minn Charles Mangion lil Professur Edward Scicluna ħareġ il-fatt li Tonio Fenech tliet ijiem qabel l-elezzjoni irnexxilu jagħmel akkwist tajjeb meta xtara Honda CRV Estate għal €1,908.
Il-Honda, li nxtrat mill-gvern fl-2008 għal €25,401, kienet tintuża bħala t-tieni karrozza tal-ministru - li hu kien intitolat li jkollu bħala ministru - Oħrajn bħal Ministru Cassar kienu għażlu li jieħdu allowance flok karrozza fejn l-eks ministru tas-saħħa kien jieħu €7,000 fis-sena.
Bejn l-1 ta' Jannar u s-7 ta' Marzu li l-eks Ministru Fenech kien juża din il-karrozza kien nefqilha €8,293 fi spejjeż u bħala fjuwil kien nefaq €6,578 għal madwar 5,000 litru. Din il-karrozza inxtrat lejlet l-elezzjoni mill-eks ministru għal €1,908,”