Kif kienet żvelat il-gazzetta ILLUM il-Gvern ressaq White Paper li fiha qed jipproponi li kull aġent tal-proprjeta' jkun liċenzjat u li jkun introdott kodiċi ta' etika għal dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur. Apparti minn hekk is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitivita' u Tkabbir Ekonomiku Jose Herrera ħabbar ukoll li wara li jkun finalizzat il-proċess ta' liċenzjar kull aġent li jibqa ma jkollux liċenzja jista jeħel multa ta' €20,000 u sa sit xhur priġunerija.
Mal-gazzetta ILLUM, kemm id-Direttur ta' Frank Salt, Douglas Salt kif ukoll il-Marketing Manager tad-Dhalia Chris Bonnett kellhom kliem ta' tifħir għall-proposta ta' liċenzjar għal kull aġent tal-proprjeta'.