L-iskandlu Gaffarena huwa l-bidu tat-tmiem ta’ Joseph Muscat - Busuttil

Busuttil kull darba li jgħajjar qed ikompli jinzel ‘l isfel u qed jagħmel dan għax m’għandux pjan- Muscat

Simon Busuttil
Simon Busuttil

Ikomplu l-battibekki taż-żewġ kapijiet taż-żewġ partiti ewlenin fil-pajjiż, bejn Simon Busuttil tal-PN u Muscat mill-moviment Laburista, fil-każini tal-partiti rispettivi tagħhom. Busuttil fil-każin taż-Żejtun tkellem dwar l--iskandlu ta’ Gaffarena u Kastilja fejn qal li dan hu huwa l-bidu tat-tmiem tal-Gvern ta’ Joseph Muscat li huwa l-aktar Gvern korrott fl-istorja politika Maltija. 

Fl-istess waqt il-Kap Nazzjonalista qal li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jivvota lill-Partit Nazzjonalista mhux għaliex il-Gvern ta’ Joseph Muscat huwa korrott, iżda għaliex il-Partit Nazzjonalista huwa leali lejn art twelidu, b’sens ta’ valuri li jħobb lil Malta u Għawdex. “Il-Partit Nazzjonalista huwa l-uniku partit f’Malta li qed joffri tmexxija serja u onesta f’dan il-pajjiż,” qal Simon Busuttil.

Simon Busuttil għamel appell lill-Laburisti ġenwini li qed isegwu u jgħaddi minn inġustizzji, filwaqt li ħeġġeġ lin-Nazzjonalisti li anke kienu tbiegħdu fl-aħħar elezzjoni ġenerali biex jerġgħu lura fid-dar naturali tagħhom.

Min-naħa l-oħra Il-prim Ministru Kap Laburista, Joseph Muscat mill-każin Laburista f'Ħal-Lija għamel referenza għal basezzi  u t-tgħajjir li jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni u stqarr kif ma jkun hemm l-ebda reazzjoni għax kull darba li jgħajjar qed ikompli jinzel ‘l isfel u qed jagħmel dan għax m’għandux pjan. "Kif il-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem li raħas il-prezz tal-fuel, beda jogħla. Kif beda jitkellem fuq il-qasam tas-saħħa, tlajna ‘il fuq  fir-rankings, kif tkellem kontra li jiġu 4,000 student barrani, The Economist jgħid li dan huwa mod intelliġenti kif tkabbar l-ekonomija, kif qalilna li fl-ambjent sejrin tant ħażin, nikklasifikaw fid-9 post fost il-pajjiżi  tad-Dinja u kif  tkellem fuq il-korruzzjoni għall-ewwel darba wara ħafna snin, ir-ranking tal-perċessjoni tal-korruzzjoni tonqos. Aħna nistgħu noqgħodu nitkellmu fuq il-passat, nistgħu nsemmu kif Richard Cachia Caruana ngħata nofs miljun wara li rrizenja mill-kariga, iżda l-Kap tal-Oppożizjzoni jgħajjar għax m’għandux pjan, m’għandux pjan fuq: ix-xogħol,  fuq l-ekonomija,  dwar iċ-childcare, dwar enerġija, dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fuq il-fuel,  dwar il-pensjonijiet, is-saħħa, il-mediċini out-of stockwaiting lists, il-libertaijiet ċivili, it-turizmu, il-ġustizzja, l-ambjent, l-IT,  dwar Għawdex, m’għandux pjan għal Malta u Għawdex tagħna" sostna Dr Muscat.

Aħna għandna pjan ta’ bidla li qed jitwettaq u li ser tkompli jitwettaq. Pjan li se nkomplu nħarsu lejh fil-futur. Din il-ġimgħa stess, l-Unjoni Ewropea tkellmet dwar bidliet fis-sistema tat-tasazzjoni. Għamilna l-argumenti tagħna mal-Unjoni Ewropea, għax mhux sodisatti għal kollox, iżda anke meta ġew il-President tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kunsill Ewropew, għedtilhom aħna għandna linja ħamra fuq il-qasam tat-taxxi, naqblu fuq iktar trasperneza u aktar ħidma kontra l-evażjoni iżda nibqgħu niddeċiedu aħna dwar l-affarijiet ta’ taxxa, sostna l-Mexxej Laburista.

 

More in Politika