Il-qarrejja tal-illum.com.mt qed jivvutaw bi ħġarhom fi stħarriġ onlajn li qed isir bħalissa dwar jekk il-Ministru Konrad Mizzi għandux jirreżenja jew le minn Ministru. Minn dawk li vvutaw s'issa hemm maġġoranza ta' qarrejja li qed jgħidu li Mizzi m'għandux jirreżenja, dan apparti kwantita' kbira ta' messaġġi ta' appoġġ li qed iħallu l-qarrejja għal Mizzi.
Minkejja dan ir-riżultat tal-istħarriġ li tpoġġa fuq is-sit nhar il-Ħamis li għadda inbidel drastikament hekk kif sa dalgħodu r-riżultat huwa kważi ras imb'ras. 51.1%, jiġifieri l-maġġoranza, qed jgħidu li Konrad Mizzi m'għandux jirreżenja. 47.% iżda jaħsbuha l-kuntrarju. Dan kien ir-riżultat sal-lum, is-Sibt 5 ta' Marzu, fl-10:00 a.m.
L-istħarriġ se jibqa' miftuħ sa nofs il-ġimgħa d-dieħla. Għalhekk tistgħu tivvutaw fl-istħarriġ li qed jidher fuq dan is-sit u tħallu l-kummenti tagħkhom ukoll.
Intant għada fuq il-gazzetta ILLUM se jkun ippublikat vox pop bl-istess mistoqsija li saret lil xi persuni li kienu l-Belt Valletta. Tistgħu taraw ukoll dan il-vox pop fuq dan is-sit għada stess.