Skont kumment li ħalla l-Kap tal-Aħabarijiet ta' ONE News Aleander Balzan jidher illi għada l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista għada se jkun qed iħabbar li se jressaq mozzjoni ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi. Skont l-istess kummenti ta' Balzan jidher illi Busuttil se jħeġġeġ lill-attivisti Nazzjonalisti biex imorru quddiem il-Parlament meta nhar it-Tnejn iressaq il-mozzjoni ta' sfiduċja.
Balzan qal illi din l-informazzjoni qed tingħata lill-midja tal-PL minn sorsi fi ħdan il-partit tal-Oppożizzjoni. Skont l-istess rapport il-PN se jkun qed jibda kampanja qalila simili għal dak li ġara fil-passat.