In-Nazzjonalisti se ttihom rashom jaraw is-suċċessi ta' Konrad Mizzi

Tistaqsi jekk Giovanna Debono u Anne Fenech hux se jindirizzaw l-protesta ilejla

Deborah Schembri
Deborah Schembri

Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri dalgħodu f'Għawdex sostniet illi l-vera raġuni wara l-attakk tal-PN fuq Konrad Mizzi hija l-biża mis-suċċessi li diġa għamel f'dawn is-sentejn u nofs. F'appell imqanqal li ntlaqa' b'ħeġġa kbira Schembri fakkret fil-proġett tal-Power Station, fl-egħluq tal-Power Station tal-Marsa, fil-proġett biex tkun salvata l-Enemalta u fit-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Huma dawn is-suċċessi, sostniet Schembri, li qed ibeżżgħu lin-Nazzjonalisti.Schembri qalet illi dan huwa Gvern tas-suċċessi u li minn dawn is-suċċessi m'għandux minn xhiex jistħi.

Schembri staqsiet min se jindirizza l-protesta illum? "Giovanna? Anne Fenech? Tonio Fenech?" 

More in Politika