is-siti elettroniċi tal-kumpanija Mediatoday, jiġiferi l-illum.com.mt u l-maltatoday.com.mt qed jkunu attakkati minn sorsi li s'issa għadhom mhux magħrufa. Dan l-attakk wassal biex kemm dan is-sit kif ukoll is-sit tal-Maltatoday waqfu joperaw għal madwar sagħtejn.
L-Editur Maniġerjali ta' Mediatoday Saviour Balzan spjega kif "l-attakki kienu intenzjonati, bil-għan dirett li jiblokkaw is-siti tal-Mediatoday." Filwaqt li nnota l-klima polarizzata ta' bħalissa sostna illi s-siti se jkomplu jwasslu u jirraportaw l-aħbarijiet.
Intant Mediatoday għamlet rapport lill-pulizija biex din tinvestiga l-attakk li, kompla jgħid Balzan, jidher illi kellu l-oriġini tiegħu f'Malta.