Briguglio u numru ta' attivisti jsejħu għat-tneħħija ta' Mizzi u Schembri

Michael Briguglio, flimkien ma’ grupp ta’ persuni oħrajn li qed issejħu lilhom infushom attivisti tas-soċjeta ċivili qed isejħu għar-riżenja tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Dan il-grupp qed jitlob għat-tneħħija immedjata ta’ dawn minħabba l-investimenti li għandhom f’pajjiż li huwa blacklisted. Dan, ikompli jgħid dan il-grupp ta’ persuni, “iqajjem dubji serji fuq il-kuntratti pubbliċi tal-Gvern. Kull suġġeriment illi investigazzjoni mill-kummissarju tat-Taxxi hija s-soluzzjoni, hija fil-fatt paraventu.” Dan il-grupp ifakkar illi Malta u l-Panama m’għandhoimx qbil bejniethim fuq materji bħal dawn.

Għal dan il-għan dan il-grupp ta’ attivisti qed isejħu għall-pubblikazzjioni immedjata tal-kuntratti kollha ma’ Electrogas u kumpaniji oħrajn kemm ilu li ħa l-Gvern Joseph Muscat.”

Fost dawk li jiffurmaw parti minn dan il-grupp ta’ attivisti hemm Michael Briguglio, Salvu Mallia, il-ġurnalist tal-Mediatoday James Debono, mark Anthony Sammut u Andre Schembri.

 

More in Politika