Rabja kbira fil-Korp tal-Pulizija dwar ħlas għaċ-CHOGM u l-Valletta Summit

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta takkuża lill-GVern b'qerq

Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija  qalet illi bħalissa hemm rabja kbira qiegħda tiddomina l-Korp tal-Pulizija hekk kif fil-waqt illi l-membri tal-Korp mill-grad ta’ kuntistabbli sa surġent maġġur tħallsu dak li kien ħaqqhom għall-ħidma tagħhom waqt il-Valletta Summit 2015 u waqt ic-CHOGM, l-fizzjali baqgħu ma ħadu xejn tas-siegħat twal zejda li gew mgieghla ħadmu.

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta (MPA) saħansitra għandha korrespondenza mal-ministeru u mat-‘task force’ illi tixhed li l-affarijiet fil-fatt kienu ser ikunu xort’ oħra, liema korrespondenza baqgħat għaddejja sa ftit ġranet ilu. Izda minkejja dan, issa li għadda kollox irrizulta li dan kollu ma kien xejn ħlief qerq bil-fizzjali. Meta waqt laqgħa ricenti l-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali l-Onorevoli Carmelo Abela ġie mistoqsi dwar din il-manuvra, huwa wieġeb illi t-‘task force’ inkarigata mill-attivitajiet msemmija ma kenitx taqa’ taħt ir-responsabilta’ tieghu izda taħt l-Uffiċju tal-Prim-Ministru, u ta x’wieħed jiefhem li din mhux deċizjoni li huwa ħa waħdu.

Għalhekk, skond il-Gvern u issa anke l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, dawk il-fizzjali li gew mgieghla jahdmu anke saħansitra aktar minn 150 siegħa fuq il-hin regolari tax-xoghol, għandhom jitħallsu biss “disturbance allowance” li l-massimu tiegħu huwa ta’ 10% tas-salarju baziku, bir-rizultat li l-massimu f’xahar fil-fatt ilahhaq madwar mija u sebghin ewro. Dan jikkontrasta bil-kbir meta wiehed jikkonsidra  li hemm fizzjali tal-Korp tal-Pulizija li ghax-xoghol li hadmu ‘suppost’ ghandhom  jiehdu madwar €2,000 u anke aktar.

 

Biex jitkompla jinxteħet il-melħ fuq din il-ġerħa, mal-istess ħlas tal-paga ta’ dan ix-xahar, fejn  sar il-ħlas dovut lill-kumplament tal-membri tal-Korp għas-sahra waqt dawn l-avvenimenti , għal xi raġuni ma sarx il-ħlas tal-allowances tal-ħdud u festi.

 

Zgur li dawn il-manuvri qeghdin ikomplu jikkontribwixxu sabiex il-moral tal-membri tal-Korp tal-Pulizija jibqa’ ankrat fil-qiegh.

 

Ġejja mnejn ġejja din l-anomalija, l-MPA tiddikjara li dan l-abbuz irid jieqaf darba għal dejjem.  Din mhiex kwistjoni ta’ “disturbance”, izda kwistjoni li wieħed ġie mġiel, obbligat u dettaljat jirraporta għax-xogħol għal dan il-ħin zejjed.  Il-membri tal-Korp, mingħajr ebda bazi legali, qed jiġu mċaħħda kemm mid-dritt ċivili li kull xogħol ħaqqu ħlasu kif ukoll milli jgawdu l-istess drittijiet u benefiċċji taħt il-Public Service Management Code bħal kumplament tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku.

 

Għaldaqstant l-MPA, wara bosta twissijiet li għamlet, ser tibda l-proċess ta’ konsultazzjoni legali sabiex tfittex u tirrikorri għar-rimedji legali.

 

 

More in Politika