Ġlied kontinwu bejn żewġ ġirien wassal biex Malti ta' 51 sena jittella l-Qorti dalgħodu wara li darab lil raġel Libjan hekk kif tah daqqa ta' marloċċ Ir-raġel mill-Mellieħa wieġeb li huwa ħati u ngħata sedntenza ta' 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.
Jidher illi l-inkwiet bejn dawn il-ġirien kien ilu ġej hekk kif mart ir-raġel Malti kienet ilha tilmenta dwar ilma li kien qed jaqa' mill-gallarija tal-Libjan, bil-konsegwenza li kien qed jiġi fuq il-ħwejjeġ minxurin tagħha. Jidher illi dan ir-raġel ikkonfronta lill-LIbjan, li qiegħed fuq pleġġ, bil-konsegwenza li qam argument li eskala, tant li l-Libjan jidher illi kkonfronta lill-mara tal-ħati. Kien f'dan il-punt illi l-Malti darab lill-Libjan.
Quddiem il-Qorti l-Avukat Difensur Edward Gatt wera' ritratti illi juru kif il-Malti ilu jsofri diversi inkonvenjenzi, fosthom bi ħmieġ tal-klieb fil-komun u ħmieġ barra l-bieb tal-vittma.