Mijiet ta' neo-Nażisti daħlu parti minn ċerimonja li kienet qed issir fi Brussell biex tfakkar l-attakki f'din il-belt. Dawn bdew jgħajtu u jkantaw messaġġi kontra l-immigrazzjoni u jagħmlu s-salutazzjoni Nażżista. Għalkemm l-affarijiet għadhom taħt kontrol, il-Pulizija niżlet fil-post fejn qed isir din iil-mixja, li għaliha qed jattendu eluf ta' persuni, u qed taħdem biex iżżomm is-sitwazzjoni kalma kemm jista jkun.
L-aħħar attakki fi Brussell jidher li qed iqajmu diversi sentimenti kontra immigranti u persuni barranin li jgħixu fil-pajjiż. Intant waqt din il-mixja kien hemm ukoll ammont ta' ġlied bejn dan il-gruppi tal-Lemin u ħafna oħrajn li huma iktar liberali. Dawn tal-aħħar bdew jgħajtu "aħna lkoll tfal ta' immigranti."
Skont is-CNN dawn il-persuni neo-nażisti kienu ġejjin mit-tramuntana ta' Brussell u jsejħu lilhom nfushom 'football hooligans'. Il-protesta għadha għaddejja bħalissa b'eluf jipparteċipaw kontra t-terrur u favur il-paċi.