Dan is-sit għandu informazzjoni li turi kif il-preparamenti għal partit ġdid għaddej ġmielu wara diversi laqgħat li kellha Marlene Farrugia ma' numru ta' persuni li wrew interess li jagħtu l-għajnuna tagħhom. Fost il-persuni li Farrugia ltaqgħet magħhom kien hemm Salvu Mallia, li kellu laqgħa ma' Farrugia ftit wara li kien intervistat minn l-ILLUM f'San Ġiljan.
Intant dan is-sit huwa infurmat li l-partit l-ġdid se jkun qed jiffoka fuq żewġ sezzjonijiet ta' votanti, b'mod partikolari. L-ewwel li se jkun qed jikkapitalizza se jkun fuq dak il-persentaġġ, li skont stħarriġ tal-Maltatoday bħalissa jlaħħaq mal-10%, tal-votanti Laburisti tradizzjonali. Nies li tkellmu magħna qalu kif numru minn dawn diġa kellmu lil Farrugia stess fl-aħħar jiem. Aktar minn hekk mal-ġurnal The Sunday Times Farrugia qalet ukoll li dan il-partit se jkun wieħed ċentru xellugi. Dawk li tkellmu mal-illum.com.mt spjegaw kif dan il-partit irid jiġbor fih Laburisti li jħossuhom injorati mill-partit kif ukoll dawk li jħossu li l-Partit Laburista tilef l-ideal xellugi, soċjalista tiegħu.
Apparti dawn dan il-partit se jkun qed jikkapitaliżża wkoll fuq sezzjoni kbira, 40% skont l-aħħar stħarriġ tal-Maltatoday, ta' switchers li bħalissa ma jridux jivvutaw.
Aktar tard aqra l-analiżi li dehret fuq il-gazzetta ILLUM fil-ħarġa tal-bieraħ dwar partit politiku ġdid...