L-Isqof Scicluna: Popolari mal-anzjani imma mhux maż-żgħażagħ

Il-Mexxej Spiritwali Malti jikseb l-approvazzjoni ta' 47% tqal-Maltin....b'maġġoranza fost dawk minn 33 sena 'l fuq. Fost iż-żgħażagħ huma biss 36% li jħarsu lejn Scicluna b'mod pożittiv

L-Arċisqof Chalres J Scicluna jidher li ma tantx kiseb popolarita' fost il-ġenerazzjoni żgħażugħa tant  li kienu biss 36% ta' dawk li pparteċipaw fi stħarriġ tal-Maltatoday ta' bejn it-18 u t-33 sena li jqisu t-tmexxija tiegħu f'dawl pożittiv. Il-maġġoranza taż-żgħżagħ iħossu li t-tmexxija spiritwali ta' Scicluna jew hija 'la tajba u lanqas ħażina'  jew inkella m'għandhomx opinjoni dwarha. Fil-fatt 30.4% m'għandhomx opinjoni filwaqt li 13.4% jaħsbu li t-tmexxija ta' Scicluna hija 'mhux ħażin'. Minn naħa l-oħra 20.4% jiġġudikawh b'mod negattiv. 

B'kuntrast l-Arċisqof Scicluna jikseb l-aktar popolarita' fost dawn ta' 55 sena 'l fuq. Hawnhekk 55.3% jħarsu lejn l-Isqof b'mod pożittiv. Huma biss 6.6% minn dawn, skont l-istess stħarriġ, li jħarsu lejn il-ħidma ta' Scicluna b'mod negattiv. Kważi 36% iħossu li ħidmet Scicluna la hi tajba u lanqas ħażina. 

B'kollox minn dan l-istħarriġ Scicluna jikseb rata ta' 47% f'approvazzjoni. Din tikkontrasta bil-qawwi mal-approvazzjoni tal-Mexxej Spiritwali tal-Knsija Kattolika l-Papa Franġisku li huwa popolari ma' 93% tal-Maltin. 

More in Politika