Jannar: Xahar ieħor rekord għat-turiżmu lejn Għawdex

Żieda qawwija fl-okkupanza fil-lukandi....f'xahar wieħed biss imorru qrib l-40% iktar turisti lejn il-gżira Għawdxija

Żidiet qawwijin fit-turiżmu f'Għawdex għax-xahar ta' Jannar
Żidiet qawwijin fit-turiżmu f'Għawdex għax-xahar ta' Jannar

L-ekonomija fil-gżira Għawdxija kompliet tirreġistra riżultati eċċellenti fis-settur tat-turiżmu hekk kif Jannar li għadda kien wieħed rekord, b'żidiet qawwijin ħafna fin-numru ta' nies li marru Għawdex u żieda f'dawk li qgħadu f'akkomodazzjoni. B'kollox, f'Jannar, meqjus bħala xahar mill-aktar kwiet, marru 37.3% aktar turisti lejn Għawdex li qattgħu 27.1% aktar f'iljieli f'akkomodazzjoni f'din il-gżira.

Ir-rata ta' okkupanza f'lukandi ta' erba' stilel żdied minn 22% għal 25% filwaqt li l.-okkupana f'lukandi ta' tliet stilel żdiedu b'4.3. Huwa mifhum li l-bosta inċentivi u riklamar li qed isir minn naħa tal-Ministeru t'Għawdex biex Maltin imorru f'din il-gżira qed ik0ompli jgħin biex jiżdied it-turiżmu f'din il-gżira. L-aħħar inċentiva kienet dik relatata mal-Għid f'Għawdex. 

 

 

 

More in Politika