Il-Labour huwa 'hijacked' minn Konrad Mizzi u Keith Schembri skont il-PN

Jgħajjar lill-PL b'gideb riċiklat...il-Partit Laburista jisfida lil Beppe Fenech Adami biex jippublika l-irċevuti għax-xogħol li sar fuq dak li qed isejjaħ il-'Palazz ta' Beppe'

Meta kien qed jirreferi dwar stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista dswar il-każ ta' Beppe Fenech Adami u dak li qed jissejjaħ palazz li għandu fil-Għargur il-PN qal li l-istess PL huwa " hijacked minn Keith Schembri u Konrad Mizzi". Il-PN qal li l-PL " reġà rrepeta l-gideb kollu li ntqal fil-konfront tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fil-ġranet li għaddew."

"Dan il-gideb riċiklat diġà ġie mgiddeb minn Beppe Fenech Adami, li tant kemm ma kellux x’jaħbi, li mar fuq programm fuq l-istazzjon nazzjonali biex ċaħad u giddeb lill-Partit Laburista. Beppe Fenech Adami fetaħ ukoll libell kontra l-Partit Laburista u l-media tiegħu."

Dan jikkuntrasta ħafna mal-aġir ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi li qed jirrifjutaw l-istediniet tal-media u jaħarbu l-mikrofonu kull darba li jsirulhom il-mistoqsijiet. Dawn l-aktar żewġ persuni b’saħħithom fil-Gvern ta’ Muscat għandhom ħafna xi jwieġbu dwar il-kumpaniji sigrieti tagħhom fil-Panama.

Beppe ma ppublikax l-irċevuti tax-xogħol li sarlu

Intant il-Partit Laburista fakkar illi d-Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami għadu ma ppubblikax l-irċevuti tal-VAT u l-invoices tax-xogħol li sarlu fuq l-estensjoni li ngħatat lilu biex jibni t-tielet sular minkejja li ġimgħa ilu l-Ministru Chris Cardona sfidah ineħħi d-dubji li dan ix-xogħol sarlu bi pjaċir.

"Biex iserraħ moħħ in-nies għandu juri trasparenza u jippubblika llum: Jekk ma jippubblikax din l-informazzjoni bażika allura wieħed ma ttihx tort jikkonkludi li Fenech Adami għandu x’jaħbi.

Minn xiex qed jiddejjaq? X’qed jaħbi? Jista’ jkun li f’din il-ġimgħa jista’ jkun qed ifittex kif idur mal-evidenza? Dawn huma kollha mistoqsijiet li qed jistaqsu n-nies" temm jgħid il-Partit Laburista 

 

More in Politika