F'intervista illi dehret fuq il-gazzetta l-ILLUM Charles Xuereb, xandar u riċerkatur dwar l-identita' u l-memorja kollettiva, jikkritika d-dewmien biex l-Ewropa ħadet azzjoni wara l-attakki li kienu saru f'Pariġi. Fil-fatt Xuereb jgħid illi wara l-attakki li saru fi Brussell huwa ċar li l-Ewropa ma tgħallmet xejn.
Huwa jistaqsi Juncker x'irid jgħid biha eżattament unjoni ta' sigurta' filwaqt li jistaqsi wkoll kif f'pajjiżi bħall-Belġju u speċifikament fi bliet bħall-Brussell l-armi tħallew jiġru fl-idejn mingħajr wisq każ mill-awtoritajiet. Fl-intervista mal-ILLUM Charles Xuereb jitkellem ukoll dwar il-bejgħ tal-armi fil-Belġju stess u jistaqsi jekk hix l-Ewropa stess li qed tforni l-armi li qed jużaw t-terroristi biex jattakkaw.
Charles Xuereb jiddeskrivi l-Libja bħala "periklu kbir rieqed" u jwiddeb biex hawn f'Malta nkunu attenti u ma naħsbux li dak li qed jiġri fl-Ewropa awtomatikament ma jistax jiġri hawn.