Biljun ewro f'kapital mill-iskema taċ-ċittadinanza

Mistennijin €200 miljun sa tmiem din is-sena minn applikanti ta' ċittadinanza b'investiment             

L-iskema tal-Individual Investor Programme, magħruf ma' bosta bħala l-bejgħ tal-passaporti, diġa ħalliet kapital ta' xejn inqas minn biljun ewro minn meta saret din l-inizjattiva fi Frar 2014. F'artiklu li qed jidher fil-ġurnal l-Orizzont tal-lum huwa irraportat kif minn din l-iskema diġa kien hemm €157 miljun iddepożitati ma' Identity Malta li mistennijin jiżdiedu biex ilaħħqu l-€200 miljun sal-aħħar ta' din is-sena. 

Mal-istess ġurnal il-Ministru Owen Bonnici qal illi fl-2015 daħlu b'kollox 578 applikazzjoni, loi minnhom 54 lestew il-proċess u kisbu 1-ċittadinanza. 

Meta din l-inizjattiva kienet mħabbra mill-Gvern preżenti ki9enu qamu irwiefen politiċi kbar bi kritika ħarxa minn naħa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li kienet indikat li fil-Gvern mhux se tkun marbuta  mat-tali inizjattiva

More in Politika