[Aġġornat] L-Eġizzjan li żamm 81 passiġġier ostaġġ arrestat

Hedded lill-pilota li kellu ċinturin bl-isplussivi u ġiegħlu jieqaf Larnaca, f'Ċipru

L-ajruplan sħiħ inżamm ostaġġ minn Eġizzjan b'81 passiġġier
L-ajruplan sħiħ inżamm ostaġġ minn Eġizzjan b'81 passiġġier

[aġġornat] - Numru ta' nies dehru ħerġin mill-ajruplan li kien qed jinżamm ostaġġ minn hijacker hekk kif jidher li dan kien arrestat. Rapporti fuq siti internazzjonali juru raġel ħiereġ mit-tieqa ta' quddiem nett tal-ajruplan, dik li tagħti għall-cockpit. 

Dalgħodu raġel ta' nazzjonalita' Eġizzjana żamm ajruplan b'81 passiġġier ostaġġ fuq titjira domestika minn Alessandrija għal Kajr bil-linja nazzjonali Egypt Air. Jidher illi l-awtoritajiet laħqu xi forma ta' ftehim wara negozjar intensiv biex jeħles lil dawn il-passiġġieri, xi ħaġa li għamel ftit tal-mumenti ilu.

Rapporti qed jgħidu illi r-raġel involut huwa Ibrahim Samaha, li jidher illi hedded lill-pilota tal-ajruplan illi kien liebes cinturin bl-isplussivi qabel ma ġieħglu jieqaf fl-ajruport ta' Larnaca. Jidher illi hawnhekk l-Eġizzjan tefa' ittra mill-arjuplan 'l barra u ordna li din tinbagħat lil eksmara tiegħu. Rapporti oħrajn qalu li fil-fatt dan l-Eġizzjan ried imur Istanbul iżda l-ajruplan ma' kellux biżżejjed fuel. 

 

 

More in Politika