Iktar minn €400,000 fil-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Strada Stretta

il-proġett wasal fl-aħħar fażi tiegħu u mistennijin jintefqu €82,000 oħrajn f'sistema ġdida ta' dawl

Strada Stretta
Strada Stretta

Strada Stretta, illum mill-ġdid popolari wara l-ftuħ  ta' diversi negozji u grazzi għal serje televiżiva popolari, bħalissa qed tara l-aħħar fażi ta' proġett mill-Gvern illi se jiswa €400,000. Dan jinkludi xogħol fuq il-pavimentar tal-istess triq. Apparti minn dan, mistennijin jintefqu wkoll €82,000 fuq sistema ta' dawl ġdid għall-istess triq. 

Il-proġett ta' Strada Stretta huwa wieħed biss minn diversi proġetti li se jsiru mill-Gvern fil-Belt Valletta din is-sena. Fost dawn hemm pavimentar fil-pjazza ta' quddiem il-Kon Katidral u r-riġenerazzjoni mill-ġdid tal-Funtana tat-Tritoni. 

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi fil-Parlament għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech

More in Politika