Karl Gouder minflok Albert Fenech fil-Parlament

5 t'April 2016 22:16
minn Albert Gauci Cunningham
minn Albert Gauci Cunningham

Karl Gouder

Karl Gouder

Karl Gouder

Karl Gouder

Karl Gouder
Waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista llejla, ġie deċiż li l-post tal-Professur Albert Fenech fil-Parlament jimtela’ minn Karl Gouder. Il-proċess tal-għażla sar waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Din se tkun it-tieni esperjenza għal Karl Gouder fil-Parlament wara li serva fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna bejn l-2010 u l-2013.
Bħalissa, Karl Gouder iservi bħala s-Sindku ta’ San Ġiljan. Karl Gouder jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Deputat fil-Parlament fil-bidu tas-seduta ta’ għada l-Erbgħa.

Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....
More in Politika