Se tkun ġurnata twila f'Kastilja ... bħalissa qed jitlaqqa' l-Grupp Parlamentari Laburista

Huwa mifhum illi l-Kabinett u l-Grupp Parlamentari qed jiddiskutu l-aħħar żviluppi politiċi u kif il-Gvern se jirreaġixxi għall-każ 'Panama' 

Kastilja: Mimlija attivita' bħalissa
Kastilja: Mimlija attivita' bħalissa

Se tkun ġurnata twila f'Kastilja hekk kif wara laqgħa tal-Kabinett, f'dawn il-mumenti stess, qed jitlaqqa' l-Grupp Parlamentari Laburista fl-istess berġa. Minkejja li l-MInistri u Deputati Laburisti deħlin f'Kastilja qed jgħidu li dak li qed jiġri huwa 'business-as-usual', xejn mhu qed jindika dan, hekk kif hija xi ħaġa mhux daqstant komuni li wara li jitlaqqa' l-Kabinett jitlaqqa' wkoll il-Grupp Parlamentari, fl-istess post. 

Huwa mifhum illi l-Kabinett u l-Grupp Parlamentari qed jiddiskuti l-iżviluppi politiċi ta' bħalissa u l-mod kif il-PL se jimxi 'l quddiem minn episodju illi kien ta' dannu kbir għall-Partit Laburista, f'termini elettorali. Il-fatt illi Konrad Mizzi ma rreżenjax minn jeddu waqt il-Konferenza Ġenerali wassal għal rabja fost bosta delegati Laburisti, Deputati u anke nies qrib ħafna ta' Joseph Muscat, li nterpretaw dak li għamel Mizzi bħala daqqa ta' stallett f'daħar Muscat

More in Politika