Claudette Buttigieg: 'Konrad Mizzi ... No deal'
Hija akkużat lil Konrad Mizzi li qed jidħaq bil-pazjenti tal-Isptar
More in Politika
Hija akkużat lil Konrad Mizzi li qed jidħaq bil-pazjenti tal-Isptar
Fid-diskors tagħha fil-Parlament id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg akkużat lil Konrad Mizzi illi qed "jidħaq bil-pazjenti" tal-Isptar u li "jmissu jistħi". Hija qalet dan fid-dibattitu Parlamentari li qed tiddiskuti mozzjoni ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi fejn spjegat kif illum m'hemmx nies fil-kurituri għax il-kurituri u l-istore room inbidlu f'sala. "Għalhekk m'hemmx nies fil-kuritur għax il-kuritur tajtuh isem" sostniet Buttigieg. Hija qalet illi pazjenti qed idumu xhur, sena jew sentejn fuq il-waiting list għal diversi operazzjonijiet u "l-problemi ma solvejtuhomx u responsabli kien Konrad Mizzi li baqax fil-Parlament biex jisma x'għandna xi ngħidu dwaru," sostniet id-Deputata Nazzjonalista. Hija qalet li l-proġetti tal-Isptar ta' Għawdex u l-Isptar San Luqa għandhom il-marka ta' Konrad Mizzi għax ma setax jagħti garanziji li l-impjiegi se jiġu salvagwardjati.
Hija qalet illi Mizzi, minkejja s-serjeta' tal-każ 'Panama', mar jiċċaċra fil-Parlament anke jekk, skont Buttigieg prova "jmissilna qalbna" meta talab apoloġija.