'Grazzi Brittaniċi....issa jmiss lilna li noħorġu'

'Il-qalb u l-moħħ rebħu fuq il-gideb u t-theddid'

Il-Kap tal-Lega Nord, Matteo Salvini jinsab ferħan ħafna wara li sar jaf li l-Ingilterra ivvutat biex toħroġ mill-Unjoni Ewropeja. Salvini qal fuq tweet, "Viva l-kuraġġ taċ-ċittadini liberi! Il-qalb, il-moħħ u l-kburija jibrħu fuq il-gideb, theddid u rikatti" kiteb il-kap tal-lega, "Grazzi poplu Brittaniku, issa jmiss lilna li noħorġu". Salvini hu politiku fuq l-istess binarji tal-politika lemina tal-Ewropa. Fl-Olanda Geert Wilders talab uffiċċjalment għar-referendum. U l-istess għġamel il-front nazzjonali Franċiż fejn Marine le Pen talbet għar-referendum fi Franza.

More in Politika