Attakk bis-skieken iħalli mara anzjana mejta u ħamsa midruba

Il-Pulizija Metropolitana mhumiex qed jeskludu li dan jista' jkun attakk terroristitiku fil-qalba ta' Londra

Pulizija fiż-żona fejn ġew attakkati nies bis-skieken
Pulizija fiż-żona fejn ġew attakkati nies bis-skieken

Ftit siegħat biss wara li bosta siti tal-aħbarijiet internazzjonali u anke lokali, fosthom l-illum.com.mt irraportaw sigurta' aktar stretta fil-qalba ta' Londra seħħ attakk bl-iskieken li wassal biex anzjana ta' 60 sena sfat mejta u ħamsa oħrajn sfaw midrubin. 

L-attakk seħħ fl-22:30 p.m. ħin tar-Renju Unit fil-Pjazza Russell Sq. minn ġuvni ta' 19-il sena. L-attakk wassal għal paniku sħiħ hekk kif il-belt ta' Londra kienet  fuq l-allert. 

Il-Pulizija Metroppolitana ta' Londra qalet illi għalissa mhi teskludi xejn. Filwaqt li l-ġuvni qed jinżamm għal osservazzjoni mill-Pulizija, l-Kummissarju tal-Iscotland Yard Mark Rowley qal illi li l-każ qed ikun investigat ukoll bħala wieħed li seta' kien terroristiku. 

Huwa ħeġġeġ lil kulħadd biex ikun viġilanti u fuq allert. 

Sal-bieraħ stess dan is-sit irraporta kif il-poplu ta' Londra qed ikun mħeġġeġ ikun attent u fuq allert għal attakki terroristiċi. Rowley ħeġġeġ lin-nes biex f'każ ta' attakk n-nies jiġru kemm jifilħu. Aqra artiklu hawn.

More in Politika