L-irkant għall-bejgħ tas-sit fejn jinsabu r-rovini tal-eks lukanda Jerma, li suppost kellhu jseħħ nhar it-tlieta, twaqqaf wara li l-Bank HSBC talab is-sospensjoni tal-bejgħ tas-sit li bħalissa għadu propjetà tal-aħwa Montebello.
Infatti, minn dettalji li ġew żvelati fuq l-ħarġa tat-Times of Malta ta' dalgħodu, jidher li l-kumpanija tal-aħwa Geoffrey u Peter Montebello, fadlilhom jagħtu madwar €13 miljun lill-HSBC. Is-sorsi li tkellmu mal-gazzetta nfatti, qalu li l-bank issospenda l-bejgħ minħabba appell pendenti li hemm il-qorti dwar l-ammont ta' flus li l-aħwa Montebello għandhom jagħtu lill-bank.
Espert tal-Qorti ivvaluta l-prezz tal-art fejn kien hemm il-lukanda Jerma għal prezz ta' €20.8 miljun, li suppost kellhu jkun il-prezz li jġib is-sib fl-irkant.
Għar-residenti u l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, it-tama li l-bejgħ tas-sit jista' jeħilsom mir-rovini tal-lukanda li ilhom ikerrħu r-raħal tagħhom għal aktar minn 15-il sena, sfumaw fix-xejn, hemm kif il-futur ta-sit reġa' sar mhux magħruf.