Baġit 2017: €91 fis-sena għall-kumpens għall-għoli tal-ħajja

....li jgħoddu għal €1.75 fil-ġimgħa wara sena b'rata baxxa ta' inflazzjoni ..tippersisti l-għajta għal mekkaniżmu tal-COLA rivedut

.....€1.75 fil-ġimgħa żieda
.....€1.75 fil-ġimgħa żieda

Kollox jindika li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, magħrufa aħjar bħala Cost of Living Adjustment (COLA) se tkun ta' €1.75 fil-ġimgħa jew €91 fis-sena. Il-ġurnal The Times fil-ħarġa tal-lum jiżvela illi l-imsieħba soċjali qed jipprevedu żieda ta' €1.75 fil-ġimgħa biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja. Minkejja li dan l-ammont mhux wieħed finali minħabba li għad irid ikun ikkalkulat l-Indiċi tal-prezzijiet ta' Settembru, kollox jindika li l-ammont se jibhqa' l-istess. 

Iż-żieda fl-għoli tal-ħajja hija kkalkulata skont mekkaniżmu partikolari, l-COLA, li tieħu basket ta' prodotti u servizzi li jħallas individwu jew familja biex b'hekk ikun ikkalkulat l-ammont finali li għandu jingħata f'żieda. Minkejja li hemm qbil ġenerali dwar l-użu ta' dan il-mekkaniżmu, huma bosta mill-imsieħba soċjali li qed jitolbu reviżjoni biex ikunu inklużi bosta fatturi, fosthom il-kera kummerċjali li fl-aħħar snin żdiedet sew minġabba domanda qawwija ħafna.

More in Politika