Reviżjoni tas-sussidju fuq il-kera

Mis-sena dieħla, il-Gvern se jirdoppja s-sussidju li bħalissa jingħata lil 1,400 familji, u dan jitla’ għal bejn €133.34 u €166.66 fix-xahar

Jirdoppjaw is-sussidji fuq il-kera
Jirdoppjaw is-sussidji fuq il-kera

Reviżjoni tas-sussidju fuq il-kera

It-tkabbir ekonomiku b’saħħtu li qed jesperjenza pajjiżna f’dawn l-aħħar snin qed iwassal sabiex togħla d-domanda għall-propjetà, u dan qed ikollu impatt fuq il-prezzijiet tal-propjetà u l-kirjiet. Għaldaqstant il-Gvern se jkun qed jieħu passi konkreti sabiex dawk il-familji l-aktar vulnerabbli ma jbatux minn dawn iż-żidiet. Għalhekk mis-sena dieħla, il-Gvern se jirdoppja s-sussidju li bħalissa jingħata lil 1,400 familji.

Dan is-sussidju llum ivarja minn €66.67 sa €83.33 skont id-dħul u d-daqs tal-familja. Dan issa ser jirdoppja, jiġifieri jitla’ għal bejn €133.34 u €166.66. Ser nestendu wkoll il-kriterji għal min jibbenefika sabiex nilħqu l-mira tagħna li nirdoppjaw in-numru ta’ familji li jibbenefikaw minn din il-miżura minn 1,400 għal 2,800. Biex wieħed jikkwalifika għal dawn il-benefiċċji irid jippreżenta kuntratt tal-kera. Min qiegħed diġà fis-sistema preżenti u ma jagħmilx dan, jibqa’ bis-sussidju attwali. 

Reviżjoni tal-kera minima fuq djar mikrija mill-Gvern

B’riżultat ta’ emendi fil-Kodiċi Ċivili dwar il-kera introdotti mil-Gvern ta’ qabel fl-2009, ġie stabbilit li l-ammont minimu ta' kera ta' dar ta' abitazzjoni li għandu jitħallas japplika mhux biss għall-postijiet residenzjali mikrija mis-settur privat, iżda wkoll għal dawk ir-residenzi mikrija mingħand il-Gvern / Awtorità tad-Djar.

Matul is-snin, din il-parti tal-liġi tal-kera ġiet applikata b’mod awtomatiku u b'hekk postijiet ta' abitazzjoni mikrija mingħand ilGvern kellhom il-kera tagħhom fis-sena aġġustata skont l-anqas kera stabbilita bil-liġi fl-2010, 2013 u 2016 rispettivament. Dan il-Gvern ħa d-deċiżjonijiet li jsewwi dan kollu.

Mis-sena d-dieħla din il-parti tal-Kodiċi Ċivili mhux ser tkompli tapplika, u b’hekk, iż-żidiet fil-kera għal dawk li jagħlqilhom ilkuntratt, ma tibqax tiġi applikata għall-kirjiet ta’ postijiet ta’ abitazzjoni mikrija mingħand il-Gvern/Awtorità tad-Djar. Barra minn hekk ser jiġi mrodd lura l-ħlas li sar taż-żieda fil-kera imposta fuqhom mis-sena 2013 ’l hawn.

Rati preferenzjali fuq ċertu kirjiet

Sabiex jibqa' jiġi assigurat li familji bi dħul baxx ikollhom assigurazzjoni fejn tidħol ir-residenza li qegħdin jikru, il-Gvern ser iniedi proġett pilota fuq 100 każ. Dawk is-sidien li qegħdin jikru lillfamilji bi dħul baxx, jidħlu f’kuntratt ta’ kera għal seba’ snin u ser iħallsu taxxa b’rata imnaqqsa ta’ 5 fil-mija fuq il-kirja. Dan ma japplikax fejn hemm Special Designated Areas.

Matul il-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qegħdin inħabbru il-kriterji li bihom ser titħaddem din il-miżura

More in Politika