Ikkonfermata...tipjip f'karozzi bit-tfal se jsir illegali

Scicluna jinsisti li din se tkompli tgħin fil-ġlieda kontra l-kanċer

L-istorja li lbieraħ ġiet ippubblikata fil-gazzetta ILLUM, ġiet ikkonfermata fid-diskors tal-Baġit, fejn il-Ministru Edward Scicluna qal kif minn Jannar li ġej, mhux se tkun permessibbli li persuna tpejjep fil-karozza, jekk f'tali karozza jkun hemm tfal passiġġiera. Din il-miżura se tidħol fis-seħħ wara insistenza mill-Ministru tas-Saħħa.

Il-Ministru saħaq li din il-miżura se tkun qed tidħol fis-seħħ sabiex tkompli l-ġlieda kontra l-kanċer, u l-pajjiż ikun qed isegwi fil-passi ta' pajjiżi żviluppati oħra.

 

More in Politika