Investiment ta' €3.2 miljun għal fibre optic cable f' Għawdex

Investiment fit-tieni fibre optic cable biex tonqos id-dipendenza

Waqt id-diskors tal-Baġit, tħabbar kif se jsir investiment ta' €3.2 miljun matul is-sentejn li ġejjin sabiex Għawdex ikollu fibre optic link. Il-Ministru Scicluna saħaq li din il-link għandha sservi biex jiġu attirati aktar investiment fis-settur tal-IT u tal-ekonomija diġitali li jridu li jservi bħala niċċa ġdida ta’ żvilupp fil-gżira. Minbarra dan, se jkun hemm investiment fit-tieni fibre optic cable sabiex ma jkunx hemm dipendenza fuq fibre optic link bejn iż-żewġ gżejjer.

Investimenti oħra li jikkonċernaw lill-gżira Għawdxija se jkunu ċentru diġitali li se jinbena fiż-żona industrijali tax-Xewkija, flimkien mal-investiment fl-isptar ġenerali u l-iskola medika ta' Barts.

More in Politika