Għajnuna sa €25,000 biex tiftaħ negozju ġdid

Tlett ijiem biss biex jitwaqqaf negozju...m'hemmx iktar il-bżonn ta' liċenzja tal-kummerċ

Matul il-Baġit għall-2017, tħabbar kif se jkunu qed jiġi mnedija għadd ta' skemi minn Malta Enterprise, fosthom waħda li toffri għajnuna finanzjarja għat-twaqqif ta' negozji sostenibbli minn individwi żvantaġġjati. Din l-għajnuna tista' tlaħħaq il-€25,000 għal kull negozju.

Tħabbar ukoll kif sabiex titnaqqas il-burokrazija u tiżdied l-effiċjenza fil-ftuħ ta' negozji ġodda, mhux se jibqa' jkun hemm il-ħtieġa ta' liċenzja tal-kummerċ biex titmexxa l-attività kummerċjali, u għalhekk, minn 30 jum, niżel għal tlett ijiem iż-żmien biex jitwaqqaf negozju.

More in Politika