Minn 13-siegħa għal tliet siegħat stennija fl-Emerġenza

Il-Ministru Fearne jiżvela kif f'85% tal-każi l-pazjenti qed jistennew tliet siegħat jew inqas 

Matul din is-sena, iż-żmien ta’ stennija biex pazjent jinqeda fl-Emerġenza, f’Mater Dei kienet ta’ tliet sigħat jew anqas f’85% tal-każijiet.

Dan huwa tnaqqis sostanzjali fil-ħin li pazjent kien jistenna biex jinqeda fl-Emerġenza. Fil-fatt fl-2013 pazjent kien jsitenna medja ta’ 13-il siegħa biex jinqeda fl-Emerġenza.

Dan it-tagħrif, ingaħata fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil. 

More in Politika