L-età tal-kunsens sesswali tista tkun fuq l-aġenda tal-Parlament kmieni fl-2017

Il-Whip tal-Partit Laburista Godfrey Farrugia jgħid li jaqbel illi ma jibqax att kriminali sess bejn persuni ta' 16/17-il sena

L-età tal-kunsens. Se tinżel għal 16?
L-età tal-kunsens. Se tinżel għal 16?

L-età tal-kunsens sesswali se tkun fuq l-aġenda parlamentari, possibilment kmieni s-sena d-dieħla. Dan żvelah il-Whip u Deputat Laburista Godfrey Farrugia f'kummenti mal-ġurnal The Times. Huwa qal illi kumitat inter-Ministerjali mistenni jagħti parir biex l-età tal-kunsens sesswali tinżel minn 18-il sena għal 16-il sena. 

Mal-istess ġurnal Farrugia qal illi l-Kumitat Inter-Ministerjali li baqa' jiltaqa' matul ix-xhur tas-sajf, mistenni jgħaddi l-proposti tiegħu lill-Kabinet biex imbagħad jibda proċess ta' konsultazzjoni. 

Intant Farrugia qal illi hu favur pass bħal dan li jfisser illi każijiet bħal ma ġara is-Sibt li għadda, fejn tifla ta' 15-il sena u tifel ta' 17-il sena, spiċċaw arrestati talli kellhom x'jaqsmu sesswalment.

Farrugia sejjaħ il-liġi kif inhi fil-preżent bħala 'inġustizzja' 

More in Politika