'Simon Busuttil ma jafx x'qed jgħid' - Neville Gafa

B'risposta għal kumment ta' Busuttil ilbieraħ, Gafa jgħid li Busuttil jew ma jafx x'qed jgħid... jew jaf x'qed jgħid u jaf li qed jigdeb

Fi stqarrija li ħareġ Neville Gafa, huwa rrisponda għal xi kummenti li għamel ilbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, fejn fl-istqarrija Gafa qal li

"Ilbieraħ l-Onorevoli kap tal-Oppożizzjoni waqt li kien qed jitkellem fil-parlament għoġbu jirreferi għal memorandum intern tal-isptar Mater Dei fejn semmieni b'ismi"

Gafa tenna li Busuttil jew ma jafx x'qed jgħid, jew qed jgħid dak li qalulu mingħajr ma għamel ebda verifika, jew jaf x'qed jgħid u jaf li qed jigdeb.

Huwa żied jispjega li dan il Memorandum intern jistabilixxi proċeduri f'kaz ta' evakwazzjoni u ġarr minn ambulanza ta' libjani riferuti għall-kura, u kull ħaġa oħra li qed jingħad dwarha huma kongetturi u malafama.

Gafa temm jgħid li għaldaqstant "nistieden lill-Onorevoli jirrepeti dan id diskors barra l-parlament sabiex inkun nista nipprocedi skont il-ligi"

More in Politika