'L-LNG hu t-triq 'il quddiem' – Miriam Dalli

Il-liquefied natural gas (LNG) huwa l-alternattiva ideali biex l-Unjoni Ewropea tilħaq l-għanijiet tagħha tal-enerġija u t-tibdil fil-klima

Fi stqarrija maħruġa mill-MPE Miriam Dalli, hija sostniet li "Il-liquefied natural gas (LNG) huwa l-alternattiva ideali biex l-Unjoni Ewropea tilħaq l-għanijiet tagħha tal-enerġija u t-tibdil fil-klima."

Dan kien il-messaġġ ewlieni li l-MPE Laburista Dr Miriam Dalli għamlet waqt diskors fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, li kien qed jiddiskuti l-istrateġija tal-UE għall-LNG u l-ħażna tal-gass. 

Dalli qalet li peress li l-LNG iwassal għal tnaqqis drastiku tad-dijossidu tal-karbonju (CO2), dan ir-riżors huwa t-triq 'il quddiem għal enerġija b'emissjonijiet baxxi. Dan il-fatt tista tixhdu l-industrija li qed timmira għal vetturi marittimi u anke karozzi li jaħdmu bl-LNG.

“B'din l-istrateġija, l-Unjoni Ewropea qed timmira li tgħin pajjiżi membri bħal Malta u Ċipru li huma iżolati minn sorsi ta' enerġija. Dan imur id f'id mal-għan ewlieni tal-Unjoni Ewropea li kull stat membru jkollu aċċess għas-suq tal-liquid gas kif maqbul f'direttiva adottata aktar kmieni din is-sena,” qalet Miriam Dalli. 

Dalli spjegat li fl-aħħar mill-aħħar, din hi teknoloġija avvanzata b'suq li dejjem qed jikber, u l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea m'għandhomx jibqgħu barra minnha. 

Hija temmet tgħid li kif jindika r-rapport preżentat fil-Parlament Ewropew, l-użu tal-LNG iwassal għal prezzijiet tal-enerġija aktar stabbli u kompetittivi, tnaqqis fl-emissjonijiet, aktar sigurta' fil-provista' tal-enerġija u benefiċċji ekonomiċi oħra long-term

More in Politika