Kollox jindika li l-ftehim mal-Alitalia mhux se jsir

Dan jikkonferma l-istorja tal-ILLUM li kienet tgħid li Muscat mistenni jwaqqaf in-negozjati

Kollox qed jindika li l-ftehim bejn il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta u l-Alitalia bħala s-sieħeb strateġiku, mhux se jkun qed isir. Dan jikkonferma dak li kienet irrappurtat il-gazzetta ILLUM nhar it-2 ta' Ottubru ta' din is-sena.

Dakinhar, il-gazzetta ILLUM kienet irrappurtat kif il-Prim Ministru Joseph Muscat kien mistenni li b'mod imminenti jieħu deċiżjoni li twaqqaf in-negozjati bejn iż-żewġ linji tal-ajru, anke kontra l-parir ta' nies imdaħħlin fin-negozjati.

Ilbieraħ, waqt il-programm Dissett, il-Prim Ministru tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-linja tal-ajru u tkellem dwar għażliet u alternattivi li kellha l-Air Malta f'dan ir-rigward, u fost l-oħrajn semma diversi proposti li kienu saru, fosthom dik tal-MHRA li l-Air Malta għandha tipproċedi b'investiment lokali, u diskussjonijiet mal-linja tal-ajru Etihad.

S'issa, il-Gvern iffirma biss Memorandum of Understanding mal-kumpanija Alitalia.

More in Politika